EURO 2020 Futbol Sport

de Boer iħabbar is-26 plejer tal-Olanda għall-Euro 2020

Frank de Boer

Il-kowċ nazzjonali Olandiż, Frank de Boer, illejla ħabbar l-iskwadra ta’ 26 plejer li se tkun qed tirrapreżenta lill-oranġo fis-16-il edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej li jibdew fil-11 ta’ Ġunju li ġej. Kif mistenni, is-selezzjoni Olandiża għandha nieqes lid-difensur ċentrali ta’ Liverpool, Virgil van Dijk li baqa’ ma rrkuprax fil-ħin għal din il-kompetizzjoni, wara li llu mmweġġa’ minn Ottubru li għadda, wara li weġġa’ fil-Premier League Ingliż, kontra Everton.

Fost is-26 plejer magħżula minn de Boer hemm id-difensur ta’ fuq il-linja tax-xelluġ, Daley Blind, li riċentament kien qiegħed jirkupra minn injury fl-għaksa. L-Olanda se jkunu qed jirritornaw jilgħabu f’dan il-livell ta’ futbol wara li fallew il-kwalifikazzjoni fl-aħħar edizzjoni tal-Euro, u saħansitra l-aħħar Tazza tad-Dinja li saret fir-Russja, fl-2018.

L-Olanda huma l-favoriti li jirbħu Grupp Ċ, li hu kompost ukoll mill-Ukrajna, l-Awstrija u l-Maċedonja ta’ Fuq.

L-iskwadra kompluta tal-Olanda għall-Euro 2020 hija din:

Gowlkipers: Maarten Stekelenburg (Ajax), Jasper Cillessen (Valencia), Tim Krul (Norwich City)

Difensuri: Nathan Ake (Manchester City), Matthijs de Ligt (Juventus), Daley Blind (Ajax), Joel Veltman (Brighton), Jurrien Timber (Ajax), Patrick van Aanholt (Crystal Palace), Denzel Dumfries (PSV Eindhoven), Stefan de Vrij (Inter), Owen Wijndal (AZ Alkmaar)

Midfielders: Frenkie de Jong (Barcelona), Ryan Gravenberch (Ajax), Georginio Wijnaldum (Liverpool), Donny van de Beek (Manchester United), Marten de Roon (Atalanta), Davy Klaassen (Ajax), Teun Koopmeiners (AZ Alkmaar)

Attakkanti: Memphis Depay (Olympique Lyon), Luuk de Jong (Sevilla), Wout Weghorst (Wolfsburg), Quincy Promes (Spartak Moscow), Cody Gakpo (PSV Eindhoven), Donyell Malen (PSV Eindhoven), Steven Berghuis (Feyenoord)