Net News jista’ jikkonferma li żewġ Maltin spiċċaw rikoverati fl-isptar ta’ Gdansk wara li lbieraħ kienu fost numru ta’ partitarji ta’ Manchester United li sfaw aggrediti minn xi partitarji Pollakki. Il-Maltin jinsabu f’dan il-pajjiż għall-finali tal-Europa League bejn Villareal u Manchester United.
Jidher li l-partitarji Maltin qedgħin f’kundizzjoni stabbli, u qed jirkupraw.

Il-media Ingliża qed tgħid li l-attakk li seħħ barra l-Fahrenheit Club fil-qalba ta’ Gdansk, fejn il-Maltin u partitarji oħra spiċċaw f’nofs ġlieda ma’ hooligans Pollakki bil-partitarji ta’ Manchester United jirrakkuntaw kif għadd ta’ hooligans Pollakki daħlu f’bar b’wiċċhom mgħammad, fejn kien hemm il-partitarji ta’ Manchester United u qabdu jagredixxuhom qabel ma’ ħallew l-istess bar.
Wieħed mill-vittmi li safa attakkat qal kif wara li tefawh mal-art, bdew ituh bis-sieq u kien grazzi għal missieru li waqqafhom, bil-vittma jsofri ġrieħi f’wiċċu. Il-partitarji ta’ Manchester United qalu li ma stennewx dan iseħħ ftit sigħat qabel il-finali tal-Europa League, hekk kif l-attakk ma seħħx mill-partitarji ta’ Villarreal iżda minn hooligans Pollakki li kienu qed jistennew il-mument opportun biex iwettqu dan l-attakk.
//= $special ?>