Futbol Sport

Georginio Wijnadlum se jingħaqad ma’ Barcelona sal-2024

Il-midfiedler Olandiż ta’ 30 sena Georginio Wijnaldum mistenni jingħaqad ma’ Barcelona wara li ġie fi tmiem tiegħu l-kuntratt ma’ Liverpool. Wijnaldum mistenni jiffirma kuntratt ta’ 3 snin sal-2024 fejn se jkollu wkoll tnaqqis fil-salarju minn dak li kellu ma’ Liverpool.

Flimkien ma’ Barcelona kien hemm ukoll PSG u Bayern Munich li kienu nteressati fil-midfielder Olandiż, b’ Barcelona tkun id-destinazzjoni preferita ta’ Wijnadlum. Ma’ Liverpool Wijnadlum kellu parti mportanti fir-rebħ tal-Premier League kif ukoll tal-UEFA Champions League.

Sadanittant Barcelona mistennija jħabbru wkoll lil Sergio Aguero, Memphis Depay u Eric Garcia fil-jiem li ġejjin, hekk kif kollha jinsabu mingħajr kuntratt ma’ clubs oħra.