Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Gilbert Agius sejjaħ skwadra ta’ 25 plejer li se jkunu qed jipparteipaw f’kamp ta’ taħriġ fis-Slovenja. Hemmhekk huma se jilgħabu żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra it-tim Olimpiku tal-Qatar ta’ taħt it-23 sena kif ukoll kontra l-Bosnia Herzegovina.
Dawn il-partiti se jservu bħala preparazzjoni għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-21 sena tal-2023. Fi Grupp Ċ flimkien ma’ Malta hemm ukoll Spanja, ir-Russja, is-Slovakkja, l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll il-Litwanja, bl-ewwel partiti jintlagħbu f’Settembru li ġej.
L-iskwadra tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena :
Goalkeepers : Rashed Al-Tumi (Arzachena FC), Cain Formosa (San Ġwann FC), Amara Sylla (Birkirkara FC).
Difensuri : Glenn Attard (Pembroke FC), Cain Cutajar (Swieqi FC), Christian Gauci (Valletta FC), Karl Mohnani (Melita FC), Kenley Scerri (Valletta FC), Kurt Theuma (Floriana FC).
Midfielders : Aleandro Garzia (Floriana FC), Adam Magri Overend (Santa Lucija FC), Liam Portelli (Mosta FC), Zak Grech (Balzan FC), Zak Muscat (St.Andrews FC), Andreas Vella (Santa Lucija FC), Ayrton Attard (Hibernians FC), Marcus Grima (Balzan FC), Bradley Sciberras (Floriana FC), Gianluca Sciberras (Mosta FC).
Attakkanti : Jean Borg (Sliema Wanderers FC), Jamie Carbone (Żebbuġ Rangers FC),, Victor Degiorgio (MaryVille University), Jeremy Micallef (Swieqi FC), Jamie Sixmith (St.Andrews FC), Ryan Tonna (Valletta FC).
//= $special ?>