Lokali Parlament

Ħtieġa ta’ xogħlijiet f’Raħal Ġdid

Carm Mifsud Bonnici, PN

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li hemm ħtieġa kbria li jsir xogħlijiet f’Raħal Ġdid.

Fl-Aġġornament tal-lejla Carm Mifsud Bonnici tkellem dwar il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid u qal li din qed tisfronda. S’issa ma ttieħdu l-ebda miżuri anzi hemm tappiera kbira li qed tisfronda iktar. Il-gvern tilef il-ħeġġa u l-interess li jmexxi.

Hu qal li l-proġett sar ħain u sostna li f’Raħal Ġdid hemm telqa ġenerali fejn fil-parti fejn hemm Transport Malta hemm inkonvinjenti minħabba s-servizzi li din tagħti. Dawn qed jikkaġunaw ammont ta’ traffiku.

Hu qal li l-istess fil-proġett ta’ Wied Blandun fejn il-Kunsill Lokali tal-Fgura mhux konsultat. Fi Ġnien il-Mediterran f’Raħal Ġdid ix-xogħlijiet mhux isiru; kif mhux isiru fil-Paola Hub fejn hemm diffikultajiet ta’ parkeġġ. Hu appella wkoll isir ir-restawr fuq il-Knisja ta’ Santa Ubaldeska.

F’Ħal Tarxien hemm problema kbira mal-banek għaliex il-banek fil-lokal għalqu, sostna d-deputat Nazzjonalista.