Fl-aħħar minuti ħarġet l-aħbar li id-direttur tal-futbol ta’ Juventus Fabio Paratici ħalla lil club, bid-deċiżjoni dwar il-futur tal-coach Andrea Pirlo mistennija tittieħed fil-jiem li ġejjin.
Paratici ilu f’din il-kariga ma’ Juventus mill-2010 wara esperjenza ma’ Sampdoria bejn l-2004 u l-2009. Ma’ Juventus Paratici kien ingħata l-irwol bħala l-kap tat-taqsimiet tekniċi kif ukoll il-kariga ta’ direttur sportiv, mill-president Andrea Agnelli. Min-naħa l-oħra fost il-favoriti li jieħdu postu ma’ Juventus hemm Federico Cherubini li kellu l-irwol bħala direttur tal-futbol wara Paratici.
Rapporti internazzjonali qed jindikaw li Tottenham Hotspur huma nteressati kemm f’Paratici kif ukoll fil-coach ta’ Inter Antonio Conte.
//= $special ?>