Lokali

Il-Gvern qed jonqos mill-obbligi legali tiegħu lejn ħaddiema li jaħdmu fl-isptarijiet tiegħu stess – UĦM Voice of the Workers

Il-ħaddiema kollha li fl-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena kellhom jiġu trasferiti minn ma Steward Health Care għal mal-Gvern, skont ftehim milħuq mill-UĦM Voice of the Workers, ippreżentaw petizzjoni lid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.

Dan wara li l-Gvern ma onorax dan il-ftehim li kien intlaħaq f’Novembru tas-sena li għaddiet b’detriment għal dawn il-ħaddiema li baqgħu isofru inġustizzja ta’ kuljum. Il-ħaddiema ta’ Steward qed jagħmlu l-istess xogħol tal-kollegi tagħhom li jaħdmu mal-Gvern, mal-istess pazjenti, fl-istess swali, imma għandhom
kundizzjonijiet tax-xogħol inferjuri fosthom paga inqas.

Fil-petizzjoni il-ħaddiema jistaqsu meta se jkun implimentat dan il-ftehim milħuq fit-18 ta’ Novembru 2020 li fost l-oħrajn jipprovdi li huma jmorru fuq il-kotba talFondazzjoni għas-Servizzi Mediċi b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2021 u jingħataw kundizzjonijiet bħal ħaddiema oħra tal-Gvern b’seħħ mill-1 ta’ Jannar tal-2019. Flistess ftehim kien ġie maqbul ukoll li s-snin ta’ servizz li għamlu ma’ Steward ser jgħoddu bħala snin ta’ servizz li saru mal-Gvern.

Il-petizzjoni li kienet iffirmata mill-professjonisti kollha li jaħdmu ma’ Steward licb’kollox jammontaw għal 44, kienet preżentata flimkien ma’ ittra iffirmata millKap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella u mill-Assistent Direttur Gian Paul Gauci li
innegozjaw f’isem il-ħaddiema.