Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat biex il-persuni b’diżabbiltà jingħataw l-opportunitajiet għaliex huma għandhom kapaċitajiet u abbiltajiet li minnhom tista’ tibbenefika l-ekonomija waqt li huma jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom.
Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li li x-xogħol m’għandux ikun ikkunsidrat bħala pjaċir għall-persuni b’diżabbiltà u sostniet li l-kundizzjonijiet m’għandhomx ikunu inqas minn ta’ ħaddiema oħra.
Hi sostniet li jeġtieġ li kulħadd jifhem kemm in-negozji Maltin ikunu iktar b’saħħithom meta jkollhom persuni differenti għaliex il-preżenza ta’ persuna b’diżabbiltà fuq l-post tax-xogħol ittejjeb l-imġieba tal-ħaddiema.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-problema ta’ listi differenti għall-persuni b’diżabbiltà qed toħloq problemi fis-settur u qed toħloq burokrazija. Hu tkellmet dwar x’jiddetermina persuna b’diżabbiltà u spjegat kif persuni bl-awtiżmu jistgħu jibbrillaw fil-Barter Index iżda jkunu kreattivi. Jeħtieġ prattiċità fil-mod kif il-persuni b’diżabbiltà jkunu trattati. Id-diżabbiltà mhix marbuta biss ma’ aċċess fiżiku iżda hi wkoll l-aċċess intellettwali fost l-oħrajn.
Hi semmiet il-proġett tan-Naxxar u qalet li l-persuni b’diżabbiltà m’għandhomx jinġabru f’post wieħed u jinżammu hemm għaliex dawn għandhom iħossu komdi fil-lokalitajiet billi jgħixu ħajja indipendenti.
Claudette Buttigieg sostniet li s-sidien qed ikollhom diffikultajiet minħabba li jibżgħu li l-persuni b’diżabbiltà ma jintegrawx fuq il-post tax-xogħol u li ma jagħmlux ix-xogħol sew.
Il-pajjiż irid jikkunsidra l-aspetti pożitittivi, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li ċertu sidien huma inkwetat minħabba li ċertu persuni b’diżabbiltà qed jaħdmu iżda m’humiex fuq il-lista ta’ Jobs Plus.
Claudette Buttigieg qalet li jeħtieġ iktar edukazzjoni fuq il-ħiliet tal-persuni b’diżabbiltà li jkunu produttivi f’ċertu setturi. Dwar il-pagi, Claudette Buttigieg qalet li trid tingħata attenzjoni wkoll għal kemmm persuni b’diżabbiltà qed jirnexxielhom jibqgħu fuq il-post tax-xogħol.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-fondazzjonijiet u l-għaqdiet volontarji għandhom ikunu involuti biex jinstabu impjiegi għall-persuni b’diżabbiltà. Jeħtieġ li l-uffiċċini kollha jkunu aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà fost l-oħrajn b’rampi li jkunu jagħmluha possibbli li l-persuni b’diżabbiltà jużawhom b’faċilità.
//= $special ?>