Lokali

Il-poplu jinsteraq miljuni mill-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Hemm possibilità li l-poplu Malti u Għawdxi ġie mitlub li jħallas iżżejjed għal kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Il-Ġurnal Times of Malta irrapporta li rapport li mistenni joħroġ mill-Uffiċju tal-Awditur Ġenerali sab li l-konsumaturi jaf ġew mġiegħla jħallsu mas-sitta punt ħamsa miljun ewro żejda.

Skont kif qed jiġi rrapportat hemm varjazzjoni ta ftit inqas minn ħames miljun ewro fil-kontijiet tad-dawl u madwar żewġ miljun ewro oħra fil-kontijiet tal-ilma.

Il-Partit Nazzjonalista kien saħaq li skont studji kkummissjonati mill-Partit innifsu 80% minn aktar minn 1,200 kont analizzat kellhom xi forma jew oħra ta’ hekk imsejjaħ żball.

Dan kollu b’rabta ma’ kontijiet bis-sistema ta’ pro rata fejn fost oħrajn minn sample tal-kontijiet tal-elettriku – l-NAO sab varjazzjoni ta’ aktar minn 10 ewro fi 32 kont fost 85 li ġew eżaminati.