Lokali Sport

ILLEJLA fuq Instagram: Xandira diretta mill-Polonja eżatt qabel il-finali tal-Europa League

Il-programm Instachats fuq l-account Instagram ta’ Net News illejla se joħodna fil-Polonja.

Mit-7:45pm ‘il quddiem, se nkunu f’xandira diretta fuq Instagram eżatt qabel il-finali tal-Europa League bejn Villareal u Manchester United.

Mistieden speċjali minn Gdansk, il-kollega tagħna Keane Cutajar.

F’din ix-xandira se naġġornawkom ukoll dwar l-inċidenti li seħħew ilbieraħ f’din il-belt Pollakka u li fihom kienu involuti numru ta’ Maltin.

Segwuna ILLEJLA fuq IGTV fit-7:45pm.