Illejla fi Gdansk Stadium fil-Polonja fid-9.00pm tintlagħab il-finali tal-UEFA Europa League fejn Manchester United jilgħabu kontra Villareal. Din se tkun l-ewwel finali bejn iż-żewġ clubs.
Manchester United rebħu dan l-unur fl-2017 taħt it-tmexxija tal-coach Jose Moruinho meta dakinhar kienu għelbu lil Ajax 2-0. Manchester United daħlu f’din il-kompetizzjoni wara li ġew fit-tielet post fil-fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League fejn fir-round ta’ 32 ta’ din il-kompetizzjoni lagħbu kontra Real Sociedad, fir-round tal-aħħar 16 eliminaw lil Milan, fil-kwartifinali għelbu lil Granada filwaqt li fis-semifinali eliminaw lil Roma b’aggregate ta’ 8-5. Għal Ole Gunnar Solskjaer din se tkun l-ewwel finali tiegħu fit-tmexxija ta’ Manchester United.
Minn naħa l-oħra Villareal lagħbu fi Grupp I fejn lagħbu kontra Sivasspor, Qarabag u Maccabi Tel-Aviv. Fir-round ta’ 32 Villareal eliminaw lil Salzburg, fejn fir-round tal-aħħar 16 lagħbu kontra Dynamo Kyiv. Fil-kwartifinali lagħbu kontra Dinamo Zagreb filwaqt li fis-semifinali kontra kull mistenni eliminaw lil Arsenal. Villarreal huma mmexxija mill-coach Unai Emery li rebaħ din il-kompetizzjoni tliet darbiet konsekuttivi meta kien fit-tmexxija ta’ Sevilla.
//= $special ?>