Futbol Sport

Impenn internazzjonali prestiġjuż għal Trustin Farrugia Cann

Ir-referee Malti Trustin Farrugia Cann se jkun qed jirrefja l-partita ta’ ħbiberija bejn l-Italja u San Marino nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Mejju f’Cagliari. It-terna arbitrali se tkun magħmulha wkoll minn Luke Portelli u Edward Spiteri bħala assistenti referees u Antonio Guia bħala r-raba’ uffiċjal mill-federazzjoni Taljana.

Għal Farrugia Cann dan huwa t-tieni impenn internazzjonali prestiġjuż din is-sena wara li fl-aħħar ta’ Marzu kien appuntat il-partita ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022, bejn l-Iskozja u l-Gżejjer Faroe.

Ikkummenta