Tħabbret il-mewt ta’ Samuel E. Wright – l-attur li interpreta fost oħrajn il-vuċi tal-karattru simpatiku ta’ Disney Sebastian fil-films ta’ Little Mermaid. Huwa miet fl-età ta’ 74 sena.
Filwaqt li mhux magħruf x’wassal għat-telfa ta’ Wright, il-mewt tiegħu tħabbret permezz ta’ post fuq il-midja soċjali tal-lokalità fejn kien joqgħod.
Fil-paġna ta’ Montgomery, New York, fejn intqal li r-residenti qed jibku t-telfa ta’ Wright, deskritt minn bosta bħala ispirazzjoni għal kulħadd.
Huwa twieled f’South Carolina fejn għamel suċċess fl-industrija tal-ispettaklu bl-ewwel rwol tiegħu ikun dak ta’ wieħed mill-Appostli fil-musical Jesus Christ Superstar.
Apparti l-vuċi ikonika ta’ Sebastian, magħruf b’mod speċjali għall-kanzunetta ‘Under the Sea’ – Wright kien l-ewwel attur li interpreta l-irwol ta’ Mufasa fl-ewwel verżjoni tal-musical teatrali ta’ The Lion King lura fl-1997.
