EURO 2020 Futbol Sport

Irtirati biljetti mibjugħa għall-fan zone tal-Euro 2020 f’Glasgow, minħabba difett fil-websajt

It-trofew Henri Delaunay

Il-websajt uffiċjali li qed tintuża biex wieħed jixtri l-biljetti biex ikollu aċċess għall-fan zone ta’ Glasgow Green, kellha difett fis-sistema u kellha tikkanċella l-biljetti li nbiegħu. Dan il-park fil-Lvant ta’ Glasgow, fi Skozja, se jkun qed jilqa’ wieħed mill-fan zones tal-Euro 2020, b’kapaċitá ta’ 6,000 persuna. Il-biljetti għal dan il-fan zone bdew jinbiegħu mill-bieraħ, it-Tlieta fl-10am permezz ta’ websajt apposta iżda sar magħruf li minħabba difett fis-sistema onlajn, numru ta’ partitarji kienu laħqu xtraw

Difett fil-websajt li qed tbigħ il-biljett għall-fan zone tal-Euro 2020, waħda mill-bliet fejn hemm ‘wieħed mill-11-il stadium tas-16-il edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej, dak ta’ Glasgow, fl-Iskozja spiċċat biex ħolqot konfużjoni hekk kif numru ta’ biljetti għal dan il-fan zone, inxtraw qabel iż-żmien.

Fi stqarrija maħruġa fuq il-midja soċjali kollha ta’ Glasgow UEFA Euro 2020, ‘Glasgow Life’ talab skuża mingħajr riservi, għad-diżappunt ikkawżat lill-partitarji li stennew sal-ħin kif kien qed ikun reklamat, biex jixtru l-aċċess għal dan il-fan zone u sussegwentement tilfu ċ-ċans biex xorta waħda jiksbu biljett.

“Sabiex naċċertaw li jkun hemm ġustizzja ma’ kulħadd, iddeċidejna li nikkanċellaw il-biljetti kollha mixtrija qabel l-10am u nibdew mill-ġdid il-proċess fl-1 ta’ Ġunju, fl-10am. Filwaqt li nifhmu li dan se jħalli nies li kisbu biljetti in bona fede diżappuntati, aħna nħossu li din hija l-unika azzjoni ġusta. Il-biljetti li nxtraw mill-10am ‘il quddiem se jitqisu validi,” qalu l-organizzaturi.

Ikkummenta