Lokali Parlament

Jeħtieġ pjan nazzjonali għal bankini siguri u aċċessibbli

Toni Bezzina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina appella fil-parlament biex isir pjan nazzjonali dwar il-mod kif jinbnew il-bankini biex dan ikunu aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà u sigurtà għall-pubbliku.

Toni bezzina tkellem dwar id-diffikultajiet li jsibu persuni b’diżabbiltà meta jimxu fuq il-bankini u appella biex isiru r-rampi bil-bidu u t-tmiem tal-bankini.

Problemi oħra huma li l-bankini huma iktar aċċessibbli għall-karozzi milli għall-persuni b’diżabbiltà minħabba li hemm diżlivelli u numru ta’ arbli u tabelli.

Dan meta l-bankini għandhom iservu bħala aċċess sigur għall-pubbliku. Jeħtieġ ukoll li jsiru sinjali mat-tarf tal-bankini biex il-persuni b’diżabbiltà u nieqsa mid-dawl ikunu jafu fejn waslu meta jkunu miexja.

Jeħtieġ ukoll li ssir konsultazzjoni mal-entitajiet kollha involuti biex isir pjan nazzjonali dwar kif se jinbnew il-bankini biex dawn joffru aċċess sigur.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li hemm diversi problemi u drittijiet fil-kostruzzjoni tal-bankini u żied li l-pjan irid ikun wieħed fit-tul biex jitnaqqsu t-tbatijiet lill-persuni b’diżabbiltà.