“Il-gvern Ingliż naqas waqt il-pandemija, ghaliex ma kellux ippjanar adekwat għall-Covid-19.”
Hekk stqarr Dominic Cummings, l-ex konsulent ewlieni tal-Prim Ministru Boris Johnson, meta l-Erbgħa kien mistoqsi diversi domandi dwar kif il-Gvern Ingliz irreaġixxa għall-pandemija.
Cummings, li irriżenja f’Diċembru li ghadda, skuża ruħu għar-rispons inadegwat fi zmien meta faqqgħet il-pandemija.
Il-Covid-19 ħasad kważi 128,000 ħajja fir-Renju Unit; il-ħames l-ogħla numru ta’ mwiet fid-dinja.
“Meta l-pubbliku l-aktar kellu bżonna, il-gvern falla,” qal Domenic Cummings. “Nixtieq ngħid lill-qraba kollha ta’ dawk li mietu bla bżonn kemm jiddispjaċini għall-iżbalji li saru ….u għall-iżbalji tiegħi stess.”
Cummings, madankollu, qal li l-gvern Ingliż ma kienx waħdu li naqas milli jagħraf is-serjetà tal-kriżi tal-COVID-19 u ħafna istituzzjonijiet minn madwar id-dinja kollha fallew .
Ix-xhieda ta’ Cummings qed tkun osservata mill-qrib wara li fl-aħħar ġimgħat huwa ghamel sensiela ta’ attakki kontra l-mod li bih il-PM Johnson nefaq il-flus fejn tidħol il-pandemija tal-Coronavirus.
Cummings akkuża lill-mexxej tar-Renju Unit li huwa nieqes mill-kompetenza u l-integrità.
Waqt li kien qed iwiegeb id-domandi, Cummings stqarr li s-Segretarju tas-Saħħa Matt Hancock kien “kompletament żbaljat” meta ssuġġerixxa li l-herd immunity qatt ma kienet parti mill-pjan oriġinali tal-gvern. Dan filwaqt li stqarr li Hancock kellu jitkeċċa għal diversi raġunijiet, fosthom gideb.
//= $special ?>