Eks kollegi tal-ġurnalist arrestat fil-Belarus wara titjira tar-Ryanair nhar il-Ħadd li għadda, qed jgħidu li issa anke huma qed jibżgħu għal ħajjithom.
Roman Protasevich ta’ 26 sena u t-tfajla Russa tiegħu Sofia Sapega ta’ 23 sena t-tnejn qed jinżammu f’detenzjoni.
“Roman huwa aktar fil-periklu minn priġunieri politiċi oħra fil-Belarus,” qal il-ġurnalist Stepan Putilo lill-BBC.
Sħab il-ġurnalist qed jgħidu li Protasevich qed jibża’ mill-piena tal-mewt wara li tpoġġa fuq lista ta’ terroristi. Huwa qed jiffaċċja akkużi relatati mar-rappurtaġġ tiegħu dwar l-elezzjoni presidenzjali ta’ Awwissu li għadda.
Protasevich u Sapega ġew miżmuma nhar il-Ħadd, wara li l-Belarus ħarġet jet militari biex iġiegħel l-ajruplan li kienu fuqu jinżel f’Minsk.
Aktar tard illum, il-President tal-Belarus Alexander Lukashenko għandu jindirizza l-parlament.
Il-Belarus huwa l-uniku pajjiż Ewropew li għadu jeżegwixxi l-piena tal-mewt.
//= $special ?>