Lokali Parlament

L-istudenti li qed jistudjaw biex isiru piloti jeħtieġu għajnuna

Toni Bezzina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina appella biex l-istudenti li qed jistudjaw biex isiru piloti jingħataw għajnuna bei xikomplu bl-istudji tagħhom minħabba dawn l-istudji jiswew eluf kbar ta' ewros.

Fil-parlament Toni Bezzina tkellem fuq l-importanza li l-liġijiet Maltin jinġiebu fl-istess livell ta' dawk Ewropej u ppropona li jkun hemm inċentivi għas-settur tal-avjazzjoni li sofra ħafna mill-pandemija flimkien mal-ħaddiema li jaħdmu f'dan is-settur. 

Hu ppropona li meta jiġu kumpaniji barrnin jirreġistraw f'Malta dawn iħaddmu ammont ta' ħaddiema Maltin fosthom piloti.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li jeħtieġ ikun hemm kollaborazzjoni bejn l-Università ta' Malta u l-iskejjel tal-piloti għaliex ċertu korsijiet m'humiex rikonxxuti. 

Hu qal li hemm studenti li qed jonfqu eluf ta' ewros biex jiksbu l-liċenzji; dawn għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuniet finanzjarji li llum qed ikollhom jerfgħu kollox huma.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li inċentiv ieħor hu dwar il-karozzi li jaħdmu b'enerġija nadifa u qal li għandhom jinġiebu ajruplani elettriċi.

Hu tkellem dwar problemi li qed jiffaċċjaw il-piloti minħabba drone li meta jkun tiela' u nieżel qed jingħalaq l-ispazju tal-ajru b'inkonvinjenti għall-ajruplani kummerċjali. 

Dwar l-avjazzjoni ċivili, Toni Bezzina semma' t-triq quddiem l-ajruport internazzjonali ta' Malta li se tiffaċilità l-aċċess u appella beix jitnaqqsu l-inkonvjenti fiż-żona. Jeħtieġ studju biex isir immaniġġjar aħjar tat-traffiku fiż-żona tat-Telgħa ta' Garibaldi u r
-round about li hemm fiż-żona.