Futbol Sport

Luciano Spalletti viċin li jinħatar coach ta’ Napoli

Il-coach Taljan Luciano Spalletti huwa l-favorit li jinħatar coach ta’ Napoli, wara l-Gennaro Gattuso ħalla lil club fi tmiem dan l-istaġun. Jidher li n-negozjati bejn Spalletti u Napoli jinsabu fi stadju avvanzat, bi qbil bejn iż-żewġ partijiet li Spalletti jieħu t-tmexxija tal-club fil-jiem li ġejjin.

Spalletti għandu esperjenza vasta fil-futbol Taljan fejn mexxa diversi vlubs fosthom lil Sampdoria, lil Roma u aktar riċnenti lil Inter bejn l-2017 u l-2019. Madankollu l-aktar perjodu ta’ suċċess bħala coach wasal fir-Russja, fejn mexxa lil Zenit St.Petersburg għar-rebħ ta’ żewġ kamjonati bejn l-2010 u l-2012.