Neil Agius se jkun qed jittanta sfida ġdida. Wara li s-sena li għaddiet hu għam minn Sqallija għal Malta, din is-sena lejn l-aħħar ta’ Ġunju se jkun qed jaqsam minn Tuneż sa Sqallija. Għawma ta’ 153km li jekk jirnexxielu, biha jkun qed jikser kull rekord fl-istorja. Agius qal li l-għawma mistennija tieħu madwar 50 siegħa.
Hu mistenni jitlaq minn Hawaria f’Tuneż, u mistenni jgħum sar-raħal ta’ Kartibubbo fi Sqallija.
Neil Agius qed jippjana l-għawma fi bejn is-26 ta’ Ġunju u s-7 ta’ Lulju, skont it-temp.
L-għawma ta’ Agius għandha l-għan li tqajjem aktar għarfien ambjentali fil-kampanja tiegħu “Wave of Change”.
//= $special ?>