EURO 2020 Sport

Ondrej Kudela se jitlef il-Euro 2020 wara li l-appell tiegħu kien miċħud mill-UEFA

Il-UEFA ċaħdet l-appell tad-difensur tar-Repubblika Ċeka Ondrej Kudela wara li kien sospiż 10 partiti wara li nstab ħati li għadda kummenti razzisti fil-konfront tal-player ta’ Rangers Glen Kamara fil-partita mill-UEFA Europa League f’Marzu li għadda.

Il-coach tar-Repubblika Ċeka ħalli post għad-difensur hekk kif l-appell tiegħu kien se jinstema’ fil-jiem sussegwenti, bid-deċiżjoni tal-UEFA tkun li s-sospensjoni tibqa’ fis-seħħ u b’hekk il-player huwa ineliġibbli għall-Euro 2020.

Fi stqarrija li kien ta lill-pulizija Skoċċiża, Kudela kien qal li kien dagħa fil-konfront ta’ Kamara iżda ma użax kliem razzist.