Futbol Sport

Paolo Maldini jikkonferma li Donnarumma se jħalli lil Milan

Id-direttur tekniku ta’ Milan Paolo Maldini ikkonferma illejla li l-goalkeeper Gianluigi Donnarumma se jħalli lil club dan is-sajf hekk kif ġie fi tmiemu il-kuntratt ma’ AC Milan.

Donnarumma iddebutta ma’ Milan fl-2015 fl-eta ta’ 16-il sena biex sar it-tieni l-iżgħar goalkeeper li qatt lagħab fis-Serie A. Mat-tim nazzjonali Taljan huwa l-iżgħar goalkeeper li qatt idebbutta magħhom.

Fost il-clubs interessati f’Donnarumma hemm Juventus li huma l-favoriti, Man Utd kif ukoll Real Madrid.