Sport Sport Ieħor

Rapport mill-Universitá ta’ Leeds juri li s-sħana fil-Ġappun se taffettwa il-prestazzjoni tal-atleti fl-Olimpjadi

Rapport ippublikat mill-Universita’ tal-Klima f’Leeds juri li t-tibdil fil-klima fil-Ġappun jista’ jkollu effett fuq il-prestazzjoni tal-atleti li se jieħdu sehem fl-Olimpjadi ta’ Tokyo is-sajf li ġej.

Ir-rapport jindika li l-kunidzzjonijiet ta-temp f’Tokyo se jkunu diffiċli biex l-atleti jikkompetu u juru l-aħjar abiltajiet tagħhom matul l-Olimpjadi. Filfatt, minħabba s-sħana f’Tokyo, il-maratona li kellha ssir f’Tokyo ġiet mċaqalqa għal post ieħor bl-isem ta’ Sapporo.

Dan ir-rapport għandu s-sostenn ta’ diversi atleti professjonali, tal-Assoċjazzjoni Brittanika tas-Sostenibilta’ fl-Isport kif ukoll tax-xjentisti miċ-Ċentru Internazzjonal tal-Klima, fl-Universita’ ta’ Leeds fl-Ingilterra.

Il-professur Mike Tipton qal li l-prestazzjonijiet se jkunu affetwata fl-isport kollu, bit-triatleta Brittaniku Alistair Brownlee jispjega il-konsegwenzi perikolużi li jista’ jkollha s-sħana fuq l-atleti.