Fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor f’Tas Sliema ingħatat l-aħħar tislima lil Joseph R Darmanin, eks President tal-Kamra tal-Kummerċ u eks Konslu tal-Awstrija.
Joseph R Darmanin serva bħala President tal-Kamra tal-Kummerċ fl-1996 u l-1997 u segwa fil-passi ta’ missieru Frederick li wkoll kien President tal-Kamra.
Darmanin kien involut fil-qasam tal-avjazzjoni fejn għal ħafna snin kien ir-rappreżentant tal-linja tal-ajru Austrian Airlines f’Malta u serva għal diversi snin fuq il-Bord tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
J R Darmanin kien wieħed mill-fundaturi tal-Isteering Committee tal-Unjoni Ewropea u kien wieħed mill-muturi wara t-twaqqif tal-Malta Business Bureau fl-1996, bi sħab mal-Federazzjoni tal-Industrija.
Hu kien ukoll ikkontesta l-elezzjoni Ġenerali mal-Partit Nazzjonalista fl-1966.
Għall-quddiesa funebri ċċelebrata minn Fr Sacco, mill-komunità Sależjana, kien hemm prezenti diversi persuni distinti fosthom is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech.
//= $special ?>