Raġel ta’ 60 sena tilef ħajtu kawża tal-Covid-19 waqt li kien rikoverat fl-Isptar Mater Dei. Dan ifisser li wara diversi jiem mingħajr fatalità kawża tal-virus qerriedi, f’jumejn il-pandemija f’pajjiżna ħatfet żewġ ħajjiet biex b’hekk l-ammont totali ta’ vittmi telgħu għal 419.
Dan filwaqt li fl-aħħar 24 siegħa fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 7 każi ġodda ta’ Covid-19 – sabiex b’hekk l-ammont totali ta’ każi minn Marzu 2020 żdiedu għal 30,516.
Ġie imħabbar ukoll li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa kienu 6 persuni li fiequ mill-virus għal total ta’ 30,028.
Biex b’hekk il-każi attivi baqgħu jammontaw għal 69.
//= $special ?>