Lokali Qorti

Tuneżin mhux ħati li stupra Maltija, bit-tfajla tiegħu ukoll illiberata li assistitu

Tuneżin ta’ 38 sena u t-tfajla tiegħu ta’ 35 sena ġew illiberati minn ġuri li sar quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrrera fuq każ marbut ma’ stupru ta’ mara Maltija. Hasan Raouf ma nstabx ħati li stupra lil mara fil-bidu ta’ Jannar tal-2012 filwaqt li Josephine Wadi ma nstabitx ħatja li assistit lill-għarus tagħha fl-istess każ

Il-Qorti li qatgħet dan il-ġuri f’rekord ta’ jum wieħed sar quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera. Wara li semgħet il-provi filwaqt li qalet li l-Prosekuzzjoni naqset li ġġib provi mportanti fil-każ u l-fatt li ma jirriżultax li l-atti saru kontra l-volontà tal-mara Maltija, ordnat li kopja tas-sentenza tinbagħat lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jara jekk hemmx każ li jittieħu passi kontra dik li saq qabel is-sentenza kienet l-allegata vittma fuq każ ta’ sperġur.

L-Avukat Ġenerali talab sentenza ta’ bejn erba’ snin u 30 sena ħabs fil-konfront tal-koppja f’każ li seħħ matul il-lejl ta’ bejn is-7 u t-8 ta’ Jannar ta’ disa’ snin ilu, anke jekk waqt il-provi ssemmiet id-data tat-12 ta’ Jannar, li kompliet tikkumplika s-sitwazzjoni tal-provi li saru aktar fraġli.

Il-Malltija kienet intaqgħet mal-koppja, li kienet tafhom minn qabel. Huma kienu offrewla sabiex iwassluwha bil-vettura tagħhom sa Paceville. Kif waslu Paceville, waqfitilhom il-karozza minħabba li kien spiċċalha l-fuel. L-akkuzati għalhekk marru l-Imsida sabiex iġibu xi diesel filwaqt li l-Maltija marret tieħu kafè Baystreet.

Aktar tard Raouf u Wadi rritornaw mill-Imsida, reġgħu iltaqgħu magħha u reġgħu marru biswit il-vettura tagħhom fejn din xorta waħda ma ħadmitx. Eventwalment mar t-‘tow truck’ li ħadhom il-Mosta u għal ħabta tal-10.00pm. l-akkuzati u l-mara marru ġewwa l-lukanda Seaview f’San Pawl il-Baħar mingħajr ma bbukkjaw. Hemmhekk l-akkuzati krew kamra għal lejl wieħed li kienet tikkonsisti f’ ‘double bed’ u ‘single bed’.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-Maltija meta rat dawn iz-zewġ sodod ħasbet li hi kienet se torqod weħidha fis-‘single bed’ izda kienet zbaljata. Dak il-ħin Raouf u Wadi nezgħu l-ħwejjeġ li kellhom fuqhom, daru fuqha u nezzgħuha ukoll. Il-mara bdiet tipprova tirrezisti sabiex ma tħallihomx izda ma rnexxilix u huma ppersistew bl-aġir tagħhom.

It-teżi tal-Pulizija kienet li Raouf zamm lil mara bis-saħħa f’kantuniera u għaldaqstant hija ma setgħetx tiċċaqlaq filwaqt li Josephine Wadi bdiet tagħmel atti fuq il-partijiet intimi tagħha. Raouf pprova jbusha, u hi ma ħallitux, anzi gidmitlu xuftejh, idejh u għonqu kif ukoll girfet lil Josephine Wadi. Skont il-Maltija, hi ripetutament qalet lill-akkuzati sabiex jieqfu minn dan l-aġir izda huma ma tawx kasha u ppersistew.

Il-Prosekuzzjoni qalet li minn ezami mediko-legali li sar fuq il-mara, rriżulta li kellha xi tbenġil fuq id-driegħ tax-xellug li kienu kompattibli ma’ ‘grip mark’. Raouf kien qed jiġi mixli li wettaq dan ir-reat bi vjolenza u li wkoll rrenda ruħu reċidiv. Minn naħa ta’ Wadi din kienet qed tiġi mixlija li għenet jew assistiet lill-awtur tad-delitt u li t-tnejn wettqu reat kontra l-volontà tal-mara.

Il-Qorti qalet li minn dak li semgħet, il-Prosekuzzjoni setgħet ressqet provi oħra, li jinkludi xhieda biex tissostanzja l-akkużi tagħha, fosthom ir-receptionist tal-lukanda, is-social workers li allegatament tkellmet magħhom il-mara li qalet li ġiet stuprata, l-allegat għarus tagħha, u filmati minn kameras tas-sigurtà fejn kienu l-akkużati fil-lejl inkwistjoni.

Ħareġ mill-provi li meta waslu l-lukanda u telgħu fil-kamra ma Raouf huwa ġab tazza halib għal Maltija għax hekk xtaqet li tixrob u ghalih u għat-tfajla tiegħu gab flixkun inbid u xorbuh bejn tnejn. Dan fil-parti l-kbira huwa kkonfermat mill-Maltija.

L-akkużata kkonfermat ukoll dak li qalet il-Maltija, li kienu l-akkużati li marru għaliha biex tidħol fil-kamra fejn kien hemm ‘double bed’ u ‘single bed’. Wadi qalet li l-Maltija kienet minduda fuq is-‘single bed’ u Raouf beda ineżżagħha.
Hi bdiet tgħidlu biex jieqaf għal bidu, iżda ma imbuttatux ‘l hemm u ma tatux bil-ponn jew bis-sieq.

Baqgħet sakemm neħħielha l-ħwejjeġ u m’għamlitx reżistenza. Il-verità hi li kienet kuntenta b’dak li ghamlet u ma kinitx xurbana, qalet Wadi. Wadi ukoll qalet li għamel l-istess lilha u li hi xtaqet li kienu waħedhom imma ma żammitux milli jersaq lejn il-Maltija, u li finalment, it-tlieta jispiċċaw flimkien. Wadi baqgħet isostni li l-Maltija ma writx li kienet qed tiddejjaq u qalet li kollox sar bil-kunsens tat-tlieta li huma, anke jekk il-mara li għamlet ir-rapport baqgħet tiċħad dan kollu. Il-koppja kienu lliberati minn kull akkuża.