EURO 2020 Futbol Sport

Verratti u Sensi dubjużi minkejja li huma msejjħa fl-iskwadra tal-Italja

(Ritratt: Stefano Sensi (xellug) u Marco Verratti (lemin)

Minkejja li huma msejjħa mal-iskwadra proviżorja tal-Italja, il-midfielders Marco Verratti u Stefano Senso jinsabu f’taqtiegħa kontra l-ħin sabiex jirkupraw mill-injuries li għandhom bi preparazzjoni għall-Euro 2020. Ġimgħatejn ilu, PSG ikkonfermaw li Verratti għandu bejn erba’ u sitt ġimgħat sabiex jirkupra mill-injury fl-irkoppa, bil-probabilta’ tkun li dan ma jkunx preparate għall-partita inawgurali tal-Italja kontra t-Turkija.

Min-naħa l-oħra Stefano Sensi weġġa’ fl-aħħar partita ta’ Inter fis-Serie A kontra Udinese, iżda jinsab kunfidenti li jagħmilha mal-iskwadra finali għall-Euro 2020. Minkejja li Mancini hu ammiratur ta’ Sensi, it-Taljan ta’ 25 sena rnexxielu jilgħab biss 635 minuta fi staġun sħiħ minħabba d-diversi injuries li kellu.

Fost plejers oħra li huma dubjużi fil-kamp Taljan huma d-difensur Leonardo Spinazzola u l-midfielder Lorenzo Pellegrini ta’ Roma, kif ukoll id-difensur ta’ Lazio Francesco Acerbi. Mancini għandu sal-1 ta’ Ġunju biex iħabbar l-iskwadra finali għall-Euro 2020.