Futbol Sport

Zinedine Zidane mhux se jibqa’ jmexxi lil Real Madrid

(Ritratt: EPA)

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li l-coach Franċiż Zinedine Zidane mhux se jibqa’ coach ta’ Real Madrid hekk kif iddeiċieda li jittermina l-kuntratt tiegħu ma’ Los Blancos. Fis-sigħat li ġejjin, Zidane mistenni jiltaqa’ ma’ Florentino Perez biex jirriżenja b’mod uffiċjali.

Din kienet it-tieni esperjenza ta’ Zidane ma’ Real Madrid hekk kif wara li kien mexxa lit-tim bejn l-2016 u l-2018 hu kien ħalla lill-club għal sena fejn reġa rritornaw fl-2019. Ma’ Real Madrid, Zidane rebaħ kull kompetizzjoni possibli, bl-ispekulazzjonijiet ikunu li Zidane jista’ jieħu post Didier Deschamps bħala coach ta’ Franza wara l-Euro 2020 kif ukoll qed jingħad li jista’ jieħu post Andrea Pirlo fit-tmexxija ta’ Juventus.

Fost dawk li qed jissemmew li jieħdu post Zidane ma’ Real Madrid hemm l-ex coach ta’ Inter Antonio Conte u l-ex coach ta’ Juventus Massimiliano Allegri.