EURO 2020 Futbol Sport

“Għamilt siegħa nibki” jgħid Ben White, meta sar jaf li hu parti mill-iskwadra proviżjora Ingliża

Ben White ma' Brighton

Anke jekk kellu staġun mill-aqwa fil-Premier League ma’ Brighton, Id-difensur ċentrali ta’ 23 sena, Ben White ma kienx qed jistenna li jkun mgħajjat fl-iskwadra preliminari ta’ 33 plejer tal-Ingilterra għall-Euro 2020.

“Sirt naf bl-aħbar waqt li kont qed niekol filgħaxija. Ma tantx emmint mal-ewwel. Appena sirt naf, ċempilt lill-ommi mal-ewwel u t-tnejn li aħna bdejna nibku fuq it-telephone. Magħha kien hemm missieri u ħuti. Wara għamilt l-isbaħ siegħa nibki waħdi, għaliex ma stajtx nemmen dak li kien qed jiġri. Naħseb għadni s’issa mhux nemmen,” qal White.

White għadu qatt ma lagħab mat-tim nazzjonali Ingliż, u għadu mhux magħruf jekk il-kowċ Gareth Southgate huwiex se jagħżlu jew le fis-selezzjoni finali ta’ 26 plejer għall-Euro 2020. L-għażla finali ta’ Southgate se tkun magħrufa nhar it-Tlieta li ġej.