L-attakkant internazzjonali Maltija Haley Bugeja kienet ivvutata bħala l-aqwa plejer żagħżugħa tas-Serie A għall-istaġun 2020/21.L-aħbar tasal wara li Haley Bugeja temmet l-istaġun bħala r-raba’ l-aqwa skorer tas-Serie A, minkejja l itilfet xi logħob minħabba injury. Dan apparti li t-tfajla Maltija kienet ukoll l-aqwa skorer ta’ U.S. Sassuolo f’dak li kien l-ewwel staġun tagħha ‘lil hinn minn xtutna.

Matul ix-xhur li għaddew fl-esperjenza tagħha ma’ Sassuolo Haley Bugeja ddistingwiet ruħha bħala waħda mill-aqwa attakkanti fis-Serie A Femminile fejn saħansitra qed tiġbed l-attenzjoni ta’ bosta clubs minn madwar l-Ewropa. Bugeja kienet ukoll strumentali għat-tim nazzjonali Malti tan-nisa fejn skorjat numru ta’ gowls importanti fil-partiti ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2022.
//= $special ?>