Lokali Qorti

Il-ġuri dwar l-attentat ta’ ‘hold up’ fl-HSBC differit biex jinstemgħu xhieda ġodda

Il-Qorti Kriminali preseduta mill-Imħallef Giovanni Grixti f;’digriet li hija tagħat iddiferit ‘sine-die’ il-ġuri dwar l-attentat ta’ hold-up tal-HSBC li seħħ f’Ħal Qormi lura fl-2010. F’deċiżjoni li ngħatat mill-Qorti Kriminali fejn kien mistenni li tingħata data għal meta se jibda dan il-ġuri fil-konfront ta’ Vince Muscat, magħruf bħala “Il-Koħħu” u Darren Debono magħruf bħala “It-Topo”.

F’verbal li għamel l-Imħallef Grixti qal li huwa qed jagħmel dan peress li l-Avukat Ġenerali talab l-atti tal-proċess biex jingħataw lill-Maġistrat Inkwirenti sabiex din tisma’ x-xhieda ġodda fuq il-każ tal-‘hold up’ li kien seħħ kważi 11-il sena, fit-30 ta’ Ġunju, bil-Pulizija tiġi nfurmata għall-ħabta tat-7.45pm. li kien hemm xi persuni suspetużi fiċ-Ċentru HSBC (Ċentru Ruzar Briffa).

Tenna li huwa jinsab sprovvist (nieqes mill-atti) u għaldaqstant kellu jidderixxin l-ġuri mingħajr ma jagħti data. Huwa mifhum li dan il-verbal li jridu jinstemgħu diversi xhieda ġodda huwa marbut mal-fatt li l-Qorti trid tkun ċerta li qabel ma jsir il-ġuri tara jekk kienx hemm persuni oħra nvoluti f’dan l-attentat ta’ ‘hold up’ fosthom dak żvelat dan l-aħħar fil-konfront tal-Ministru Carmelo Abela, li diġa kien mgħajjat mill-Pulizija biex jirrispondi għal għadd ta’ domandi dwar l-allegat involviment tiegħu fil-każ.

Meta kienu tressqu l-Qorti dwar dan l-attentat Darren Debono ta’ 44 sena u Vincent Muscat ta’ 59 kienu qed jiffaċċjaw 18-il akkuża inkluż l-attentat ta’ qtil taż-żewġ uffiċjali tal-pulizija li żvantaġġaw il-hold-up, attentat ta’ serq, serq pistola mill-uffiċjal tas-sigurtà tal-bank tliet uffiċjali tal-bank kontra r-rieda tagħhom, li jikkawżaw ħsara lill-propjetà u li sar reċidivi.

Fil-bidu tal-kawża, Darren Debono kellu ferita fuq wiċċu wara kien operat fejn sofra ferita fix-xedaq minħabba l-balal. Dak iż-żmien l-avukat difensur ta’ Muscat, kien l-eks Ministru tal-Ekonomija, Chris Cardona, li f’kumpilazzjonijiet oħra ssemma li allegatament kien involut ukoll f’dan ir-reat.

Ma’ Vincent Muscat u Darren Debono b’mod separat kien tressaq Fabio Psaila ta’ 45 sena minn Santa Venera magġruf bħala “Il-Ġeneral” li spara mas-60 tir fil-preżenza tal-Pulizija u li għamel ħsara ta’ f’eluf ta’ ewro fuq għadd ta’ karozzi li kienu pparkjati viċin il-bank.

Psaila għamel perjodu maħrub u f’Novembru tal-2003, kien ġie kundannat100 xahar ħabs minn Qorti f’Katanja fuq traffikar ta’ erba’ kilos kokaina u kilo marijuana. Fis-17 ta’ Settembru, 2008, huwa kien tressaq il-Qorti mixli li ħebb għal żewġ kuntistabbli tal-Pulizija.

Din mhux l-ewwel darba li l-ġuri li kien se jsir spiċċa pospost. F’Mejju ta’ tliet snin ilu Vincent Muscat, wieħed mit-tliet akkużati bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab sabiex il-ġuri dwar l-attentat ta’ hold-up tal-HSBC li kellu jinstema’ fit-18 ta’ Ġunju tal-2018 jiġi pospost. F’rikors quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, Muscat, talab sabiex dan jiġi pospost b’urġenza hekk kif kien jemmen li minħabba l-andament tal-allegazzjonijiet miġjuba kontrih fil-każ tal-assassinju