Lokali Qorti

Immultat 4,000 ewro wara li xandar ritatti u filmat sesswali tas-sieħba tiegħu

Philip Cachia ta’ 47 sena minn San Ġwann ġie mmultat €4,000 wara li ammetta li f’April li għadda żvela ritratti u filmat sesswali privati tas-sieħba tiegħu mingħajr il-kunsens tagħha. Il-mara qalet fil-qorti li hija ħafret lis-sieħeb tagħha u ddikjarat li mhux se tkompli tipproċedi kontrih.

Il-każ seħħ fid-9 ta’ April li għadda, meta Cachia xerred dawn ir-ritratti u filmati sesswali f’Ħal Safi. Huwa ammetta u kkonferma l-ammissjoni tiegħu anke wara li l-qorti tagħtu żmien li huwa seta’ jirrevedi il-pożizzjoni tiegħu. Il-Maġistrat Doreen Clarke qieset kemm is-serjetà tal-każ u kemm il-koperazzjoni ta’ Cachia mal-pulizija, u l-ammissjoni bikrija fl-istadju tal-proċeduri. Il-Qorti qieset ukoll il-fatt ukoll li l-koppja rrikonċiljaw u reġgħu qegħdin f’relazzjoni. Il-multa ta’ €4,000 għandha titħallas fi żmien 18-il xahar. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Eman Hayman.,