Għall-Gvern Laburista ta’ Robert Abela, is-serq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma qisu xejn mhu xejn… hekk kif ħadd ma jaf fejn qed imorru dawn il-miljuni misruqa minn ħalq il-poplu Malti.
Mistoqsi minn Net News jekk għadux jemmen li l-Partit Laburista raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, il-Ministru Roderick Galdes baqa’ jirrepeti d-diskors politiku li ssawwar fuq illużjoni fejn qal li kien biss Gvern Laburista li raħħas dawn il-kontijiet.
Iżda l-verità hi, li fit-tmien snin ta’ Gvern Laburista, insterqu madwar €6.5 miljun fis-sena…. li jammontaw għal €50 miljun. Dan meta l-qasam tal-Enerġija kien il-flagship tal-Partit Laburista, iżda għamel ħerba minnu.
L-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien wiegħed li se jikkoreġi l-anomaliji fis-sistema tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Madankollu, il-Gvern ta’ Robert Abela baqa’ m’għamel xejn dwar dan u għadu qed jisraq lill-poplu – serq li huwa rizultat tal-mod hazin li bih l-ARMS jikkalkulaw il-konsum ta’ kull unit.
Quddiem din is-sitwazzjoni, il-Partit Nazzjonalsita huwa kommess li jirrifondi l-miljuni ta’ ewro li l-poplu ilu jinsteraq fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma sa mill-2013.
//= $special ?>