Futbol Sport

Jibdew jiem ta’ taħriġ intensiv għat-timijiet nazzjonali ta’ Mangia u Agius

Malta training camp

It-timijiet nazzjonali ta’ Malta, tal-kbar u ta’ taħt il-21 sena tal-futbol, dalgħodu ħallew pajjiżna biex jibdew jiem ta’ taħriġ intensiv f’żewġ pajjiżi differenti. L-iskwadra ta’ Devis Mangia, tinsab fl-Awstrija u fi spazju ta’ tmien t’ijiem se tkun qed tilgħab tliet partiti ta’ ħbiberija kontra l-Irlanda ta’ Fuq, il-Kosovo u l-Każakstan rispettivament. Illum wara nofs in-nhar, il-Maltin diġa’ tħarġu għall-ewwel darba, f’temp kiesaħ f’Bad Kleinkirchheim.

Agħfas hawn biex tara silta mit-taħriġ tal-Maltin, illum fl-Awstrija.

It-tim ta’ taħt il-21 sena, taħt it-tmexxija tal-kowċ il-ġdid Gilbert Agius, wasal ukoll fis-Slovenja, fejn se jkun qed jitħarreġ b’mod intensiv għal 12-il ġurnata. Matulhom se jkun qed jilgħab ukoll f’żewġ partiti ta’ ħbiberija. L-ewwel waħda se tkun kontra l-iskwadra ta’ taħt it-23 sena tal-Qatar, fit-30 ta’ Mejju, u ħames t’ijiem wara jilgħab kontra l-Bosnia-Herzegovina.

Għall-aħħar aġġornamenti dwar iż-żewġ traning camos rispettivi, segwu l-paġna ta’ Replay fuq Facebook.