Fl-aħħar ħin kien magħruf li nħatru erba’ maġistrati ġodda:
Dott Bartolo Noel;
Dott Caruana Leonard;
Dott Lanfranco Lara;
Dott Mercieca Elaine.
Fi stqarrija ntqal li wara li saret sejħa pubblika mill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis, fl-20 ta’ April 2021, biex isiru espressjonijiet ta’ interess għall-ħatra ta’ erba’ Maġistrati fil-Qrati Inferjuri ta’ Malta, minn persuni eliġibbli għal dawn il-karigi.
Wara li l-Kumitat għall-Ħatriet fil-Ġudikatura imwaqqaf bis-saħħa tal-Artiklu 96(A) tal-Kostituzzjoni, irċieva u għarbel b’kollox tmienja u għoxrin (28) espressjoni ta’ interess;
Wara li l-istess Kumitat, iggwidat mid-dispożizzjonijiet tal-Artiklu 96 (B) tal-Kostituzzjoni, u bir-regoli u linji gwida approvati mill-istess Kumitat, għamel l-evalwazzjoni tiegħu tal-kandidati kollha; U wara li l-Kumitat kollettivament iddelibera dwar ir-rakkomandazzjonijiet li huwa tenut jagħmel lill-President skont l-Artiklu 96 (A) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
Il-President, skont l-Artiklu 96 A (6) (d) huwa mistenni wkoll li jippubblika l-ismijiet tal-Kandidati kollha mgħoddija mill-Kumitat lill-President li fl-opinjoni tal-Kumitat ġew ikkunsidrati li kienu huma wkoll idoneji u meritevoli u li għandhom l-attribwiti neċessarji biex jokkupaw il-kariga ta’ Maġistrati fil-Qrati Inferjuri Maltin;
Dawn il-persuni, f’ordni alfabetika kienu s-segwenti:
Dott Critien Abigail;
Dott Debono Ilona;
Dott Gatt Joseph;
Dott Grech Jean Paul;
Dott Karlsson Maria;
Dott Quintano Elizabeth;
Dott Vella Nadia Helena;
Dott Zammit Claudio.
Il-President jifraħ lill-Ġudikanti ġodda u jirringrazzja lill-Membri tal-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura għax-xogħol siewi u metikoluż li wettqu.
//= $special ?>