Lokali

Jippruvaw iwaqqfu it-tqaċċit ta’ siġar protetti

Residenti f’Ħ’Attard il-Ħamis filgħodu pruvaw isemmghu lehinhom biex iwaqqfu lill-ħaddiema ta’ Infrastructure Malta milli jqaċċtu żewġ siġar protetti li ghandhom aktar minn 70 sena fi Triq Nutar Zarb .

Net News tkellem mal-ambjentalista Alfred Baldacchino, li esprima magħna rabja anke għall-fatt li dawn is-siġar ser jitqaċċtu qabel jiskadi iż-żmien illi fih wiehed jista’ jagħmel appell.

Alfred Baldacchino stqarr ma Net News li ftit aktar minn xahar ilu, il-Ministru Ian Borg kien qallu personalment li mhux ser tkun qed tintmess siġra waħda minn posta….. iżda l-ippjanar bla pjan tal-Gvern u tal-istess Ministru wassal biex jittieħdu diversi deċiżjonijiet fl-jiem li ghaddew, u saru diversi u-turns.

Ir-residenti, minkejja li jinsabu mħassba minħabba t-tqaċċit ta’ dawn is-siġar, jinsabu mbeżża wkoll li dan il-pjan ġdid għat-triq.. mhux ser ikun jista’ jħallihom joħorġu b’mod sikur mir-residenzi tagħhom.

Matul il-jum fil-post kien hemm id-Deputati Nazzjonalisti Toni Bezzina u David Agius, illi saħqu li ma saret l-ebda  konsultazzjoni pubblika fejn wieħed ikun jista’ jgħid l-opinjopni tiegħu dwar dan il-proġett… kif ukoll li r-residenti ma’ ngħatawx  id-dritt ta’ 30 ġurnata biex jappellaw din id-deċiżjoni minħabba li x-xogħolijiet qabdu u bdew.