Il-Kap Eżekuttiv tal-Bank of Valletta p.l.c. Rick Hunkin, reġa’ ġie elett President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Bankiera (MBA) għas-sena li ġejja. Il-ħatra tiegħu tħabbret wara l-laqgħa ġenerali annwali tal-Assoċjazzjoni li saret fis-26 ta’ Mejju. Fl-istess laqgħa Joseph Said, il-Kap Eżekuttiv ta’ Lombard Bank Malta plc., reġa’ ġie elett Deputat President għall-istess perjodu.
Rick Hunkin u Joseph Said irringrazzjaw lill-membri tal-Assoċjazzjoni għall-appoġġ li tawhom. Huma awguraw li f’ċirkostanzi daqstant diffiċli u importanti għall-ekonomija dinjija b’mod ġenerali, u b’mod partikolari l-ekonomija Maltija u s-settur bankarju tagħha, l-Assoċjazzjoni tibqa’ impenjata bis-sħiħ biex tippromwovi b’mod attiv il-kooperazzjoni, id-djalogu u l-promozzjoni bejn il-membri tagħha, l-awtoritajiet kompetenti u partijiet interessati rilevanti oħra.
//= $special ?>