EURO 2020 Futbol Sport

L-attakkant Pollak, Milik f’riskju li jitlef il-Euro 2020

Arkadiusz Milik

Is-sehem tal-attakkant Pollak, Arkadiusz Milik għall-Euro 2020, li jibda ġimgħatejn oħra, jinsab f’dubju. Il-plejer ta’ 27 sena li jilgħab fi Franza ma’ Marseille, weġġa’ il-menisku fl-aħħar partita ta’ Ligue 1 kontra FC Metz u jista’ jagħti l-każ li l-injury hija aktar serja milli kien maħsub wara li saret l-ewwel dijanjosi.

L-attakkant Arkadiusz Milik lagħab 59 darba mal-Polonja u skorja 15-il gowl

Hekk kif il-Polonja bħalissa tinsab għadejha b’training camp f’Opalenica, Milik ma ħassux komdu b’din l-injury u kellu jieqaf mit-taħriġ. Milik saħansitra ħalla lill-bqija tal-iskwadra biex immur Spanja, fejn hemhekk se jkun qed jagħmel aktar testijiet u eventwalment tittieħed deċiżjoni dwar il-parteċipazzjoni tiegħu jew le f’din l-edizzjoni tal-Euro 2020.