Fis-sigħat li ġejjin, Massimiliano Allegri mistenni jerġa jinħatar coach ta’ Juventus hekk kif fl-aħħar ħinijiet intlaħaq ftehim bejn Allegri u t-tmexxija ta’ Juventus biex jirritorna mal-club.
Dan minkejja li kien hemm interess minn Real Madrid u Inter, bl-għażla ta’ Allegri tkun dik ta’ Juventus. Dan ifisser ukoll li fil-ħin li ġej Andrea Pirlo mistenni jirriżenja minn coach ta’ Juventus wara staġun wieħed biss.
Allegri mexxa lil Juventus bejn l-2014 u l-2019 fejn magħhom rebaħ ħames darbiet is-Serie A, erba’ darbiet il-Coppa Italia u darbtejn is-Super Cup. Hu wassal ukoll lil Juventus, darbtejn sal-finali tal-UEFA Champions League.
//= $special ?>