Hekk kif ninsabu 15-il jum biss ‘il bogħod mill-bidu tal-akbar avveniment tal-futbol fid-dinja għal din is-sena, il-Euro 2020, aktar m’hu qed joqrob il-bidu uffiċjali ta’ din il-kompetizzjoni tal-UEFA, aktar qed jikber l-eċitament u l-istennija tad-dilletanti kollha tal-futbol internazzjonali. Probabilment, wara nhar is-Sibt li ġej, meta tintlagħab il-finali tal-UEFA Champion League bejn Manchester City u Chelsea, l-attenzjoni ta’ kulħadd tkun speċifikament fuq is-16-il edizzjoni ta’ dawn il-Kampjonati Ewropej, li din is-sena se jkunu qed jintlagħabu fi ħdax-il belt, ta’ ħdax-il pajjiż differenti.
Il-kowċis tal-24 tim finalist, mhux kollha ħabbru l-iskwadra finali u grazzi għar-rappurtaġġ estensiv li qed tagħti t-taqsima sport fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ Net News, kulħadd għandu aċċess biex isegwi l-aħħar aħbarijiet marbuta mal-Euro 2020. Iżda ġimgħatejn biss ‘il bogħod mill-bidu tal-Euro 2020, min huma l-plejers favoriti li fl-aħħa ta’ dan it-turnament Ewropew, jistgħu jispiċċaw l-ewwel fil-klassifika tal-aqwa skorers?
Din hija l-għażla tagħna. Sintendi għażla suġġettiva, li iżda hija mibnija fuq l-aħħar prestazzjonijiet ta’ dawk il-plejers li se nkunu qed naraw fl-azzjoni waqt il-partiti tal-Euro 2020.
1. Robert Lewandowski (Polonja)
L-attakkant Pollak ta’ 32 sena, Robert Lewandowski jinsab fl-aqwa vena bies jiskorja. Dan l-istaġun fil-Bundesliga Ġermaniża, skorja rekord impressjonanti ta’ 41 gowl għal Bayern Munich. Captain tat-tim nazzjonali ta’ pajjiżu. Sal-lum lagħab 118-il partita internazzjonali għall-Polonja, skorja 66 gowl u serva 23 assist.
2. Kylian Mbappe (Franza)
Kylian Mbappe hu wieħed mill-akbar fenomeni tal-mument. Jekk f’din l-edizzjoni jkun fil-vena li jiskorja, allura Franza għandhom possibiltajiet kbar li jiksbu suċċess fil-Euro 2020. Dan l-istaġun skorja 27 gowl ma’ PSG, f’Kampjonat li iżda ma rrnexxilhomx jirbħu. Ma’ dan l-ammont ta’ gowls wieħed irid iżid ukoll tmien gowls oħra li skorja dan l-istaġun fil-UEFA Champions League u seba’ gowls oħra fil-Coupe de France.
3. Harry Kane (Ingilterra)
Din tista’ tkun l-edizzjoni li l-captain tal-Ingilterra, Harry Kane jibqa’ jiftakar fil-pożittiv għal dejjem. Jagħlaq 28 sena f’Lulju u dan l-istaġun reġa’ sploda fl-attakk ta’ Tottenham Hotspur, b’total ta’ 23 gowl skorjat. Hu temm l-ewwel fil-klassifika tal-aqwa skorer tal-Premier League, b’gowl aktar minn Mohamed Salah ta’ Liverpool.
4. Cristiano Ronaldo (Portugal)
Possibilment din taf tkun l-aħħar edizzjoni tal-Euro għal Cristiano Ronaldo. 36 sena u għadu kemm temm staġun ma’ Juventus fejn skorja xejn inqas minn 36 gowl fil-kompetizzjonijiet kollha li lagħab, b’29 gowl minnhom skorjhom fis-Serie A. il-captain taċ-champions Ewropej, il-Portugall għandu rekord mill-aqwa ma’ pajjiżu; 173 partita u li fihom skorja ammont impressjonanti ta’ 103 gowls.
5. Romelu Lukaku (Belġju)
L-attakkant ta’ 28 sena, Romelu Lukaku dan l-istaġun kien f’forma mill-aqwa ma’ Inter tant li kien parti mis-suċċess tagħhom biex reġgħu rebħu s-Serie A wara ħafna snin. Lukaku skorja 30 gowl, 44 partita li lagħab fil-kompetizzjonijiet kollha. Dan is-sajf, l-eks plejer ta’ Manchester United jista’ jkun arma importanti biex il-Belġju tikteb l-istorja għall-ewwel darba, u tirbaħ il-Kampjonati Ewropej.
6. Memphis Depay (Olanda)
L-iskorer prolifiku tal-Olanda f’din l-edizzjoni, għandu jkun l-attakkant ta’ 27 sena, Memphis Depay. Dan hu sajf importanti għal dan il-plejer hekk kif wara ħames staġuni fi Franza ma’ Lyon, fejn ma rebaħ xejn bħala tim, se jkun qed jissieħeb ma’ klabb ieħor, x’aktarx Barcelona. Dan l-istaġun, f’Ligue 1, għad-dell ta’ Kyrian Mbappe ta’ PSG, Depay temm bħala t-tieni l-aqwa skorer tal-Kampjonat Franċiz, b’kwota ta’ 20 gowl skorjat, l-istess daqs kemm skorja Wissam Ben Yedder ta’ Monaco. B’hekk Depay skorja seba’ gowls anqas minn kemm skorja Mbappe.
7. Alvaro Morata (Spanja)
L-attakkant Spanjol ta’ 28 sena, Alvaro Morata, għadu kemm temm it-tielet staġun tiegħu fl-Italja ma’ Juventus. Fi ftit inqas minn 140 partita fis-Serie A, Morata skorja kważi 50 gowl. Dan l-istaġun skorja total ta’ 20 gowl f’44 partita li lagħab ma’ Juventus, fil-kompetizzjonijiet kollha. Minn dawn, 11-il gowl minnhom kienu skorjati fis-Serie A u sitt gowls oħra skorjhom fil-UEFA Champions League. Fl-aħħar tliet snin, ma’ Spanja hu skorja biss sitt darbiet, iżda din l-edizzjoni taf tkun opportunitá biex ikun l-aqwa skorer tat-tim, l-istess kif kien fl-aħħar edizzjoni tal-Euro, fl-2016.
8. Timo Werner (Ġermanja)
Timo Werner jista’ jkun wieħed mit-talenti ‘l kbar li jkunu fost il-protagonisti f’din l-edizzjoni tal-Euro. Wara staġun mill-aqwa fil-Bundesliga ma’ RB Leipzig, fejn skorja total ta’ 28 gowl fil-Kampjonat, dan l-istaġun kien trasferit għal ma’ Chelsea fl-Ingilterra, għas-somma ta’ €53 miljun. L-ammont ta’ gowls li skorja fil-Premier League kien ftit ħdejn dak li skorja fl-istaġun ta’ qabel iżda kompla jikber fil-personalitá u l-abiltá tiegħu.Werner jista’ jkun l-eroj tal-Ġermanja dan is-sajf.
X Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar. Meta tagħfas "Naċċetta" tkun qed tagħti l-kunsens tiegħek għal użu tal-cookies kollha. Tista' ukoll tagħfas Cookie Settings biex tagħżel liema cookies iżżomm fuq dan is-sit. Aqra AktarNAĊĊETTACookie settings
Manage Cookies
Regoli tal-Privatezza
Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar. Il-cookies li huma klassifikati bħala neċessarji qed jiġu miżmuma fuq l-browser tiegħek biex nassiguraw li l-funzjonijiet bażiċi ta' dan is-sit jaħdmu sew. Dan is-sit ukoll juża cookies oħra li jgħinu fl-analiżi ta' kif qed jaħdem. Int tista' tiddeċiedi li ma tħallix dawn l-cookies jiġu miżmuma fuq l-browser tiegħek.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
Cookie
Duration
Description
cookielawinfo-checbox-analytics
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-functional
11 months
The cookie is set by GDPR cookie consent to record the user consent for the cookies in the category "Functional".
cookielawinfo-checbox-others
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Other.
cookielawinfo-checkbox-necessary
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies is used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
cookielawinfo-checkbox-performance
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Performance".
viewed_cookie_policy
11 months
The cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether or not user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.