Sport Sport Ieħor

Naomi Osaka mhux se tindirizza l-midja wara l-partiti fl-Open ta’ Franza

(Ritratt: Naomi Osaka)

L-erba’ darbiet champion tal-Grand Slams Naomi Osaka ħabbret li mhux se tkun qed tindirizza l-midja wara l-partiti tagħha fl-Open ta’ Franza. Osaka saħqet li kemm-il darba kellha tara tennisti oħra li jinfaqgħu jibku wara xi telfa umiljanti, waqt li jkun mġegħla jagħtu l-kummenti tagħhom.

Għal din ir-raġuni Osaka iddeċidiet li tagħti prijorita’ lis-saħħa mentali tagħha filwaqt li appellat lil organizzaturi sabiex ma jisfurzawx lil atleti jagħtu l-kummenti wara l-partiti, b’konsegwenza li dawn jispiċċaw jitkissru emozzjonalment.