Diversi awdituri jinsabu mħassba hekk kif jidher illi pajjiżna nefaq madwar €650,000 minn flus il-poplu bhala promozzjoni ghall-festival tal-Eurovision…fejn l-aspettattivi li Malta tirbah kienu gholjin immens.
Sorsi li tkellmu mal-gazetta ‘Times of Malta’ qalu li madwar €350,000 intefqu mill-MTA f’reklamar magħmul minn influencers fuq il-media soċjali, filwaqt li l-bqija tal-flus… li jammonta għall-€300,000… intefqu mill-PBS f’reklamar sabiex il-kantanta Maltija tirbaħ il-Eurovision.
Srosi fil-PBS illi tkellmu mat-Times spjegaw li parti mill-budget ghall-marketing ġie allokat apposta lill bosta persuni barranin sabiex jkunu jistgħu jagħmlu imħattri fuq Destiny biex hi tkun il-favorita mal-bookmakers.
Għal bosta ġimgħat qabel ma saret il-finali tal-Eurovision, il-kanzunetta Maltija kienet fit-tielet post mal-bookmakers…u gieli telghet anke fl-ewwel post.
Iżda minkejja dan, u minkejja li skond il-vot finali tal-ġurija Malta ġiet fl-ewwel post fis-semi finali li saret it-Tlieta 18 ta’ Mejju, Malta waqgħet lura fit-televoting… fejn akkwistat biss 47 vot fill-finali tas-Sibt li għadda. U Destiny spiccat fis-7 post.
Wieħed jinnota li din mhiex l-ewwel darba li tqajjem tħassib fuq l-infieq żejjed fil-Eurovision.
Fl-2016, skont talba li saret bil-liġi tal-liberta’ għall- informazzjoni, it-Times kienet provat tinvestiga il-€200,000 illi intefqu dak iz-zmien mill-PBS u minn dipartimenti oħra tal-Gvern ghall-festival tal-Eurovision.
//= $special ?>