Futbol Sport

Simone Inzaghi mistenni jinħatar coach ta’ Inter

Il-coach Taljan Simone Inzaghi mistenni jinħatar coach ta’ Inter fil-ħin li ġej wara li lbieraħ Antonio Conte ħalla lil club wara diżgwid mal-president.

Il-ftehim mistenni jseħħ hekk kif INzaghi irrifjuta kuntratt ta’ estensjoni offrut lilu minn Lazio, bl-istess Inzaghi mistenni jiffirma kuntratt ta’ sentejn sal-2023. Fost il-coaches li kienu qed jkunu ikkunisdrati minn Inter kien hemm Maurizio Sarri, Paulo Fonseca, Sinisia Mihajlovic kif ukoll Sergio Conceicao, bl-għażla finali taqa’ fuq Simone Inzaghi.

Il-coach Taljan mexxa lil Lazio għall-aħħar erba’ staġuni fejn fost l-oħrajn rebaħ il-Coppa Italia fl-2019 kif ukoll is-SuperCoppa Italiana darbtejn kontra Juventus fl-istaġun 2017/18 u fl-istaġun 2019/20.