Futbol Sport

Tottenham f’diskussjonijiet ma’ Mauricio Pochettino biex jirritorna fit-tmexxija tal-club

(Ritratt: EPA)

It-tim tal-Premier League Tottenham jinsab f’diskussjonijiet mal-coach ta’ PSG Mauricio Pochettino sabiex jirritorna jmexxi lill-club ta’ Londra wara li kien tkeċċa f’Novembru tal-2019.

Pochettino nħatar coach ta’ PSG sitt xhur ilu fejn iffirma kuntratt sal-2022. Ma’ PSG, Pochettino rnexxielu jirbaħ iż-żewġ tazzi domestiċi filwaqt li temm fit-tieni post fil-kampjonat u kien eliminat fis-semifinali tal-UEFA Champions League minn Manchester City.

Post Pochettino ma’ Tottenham ħadu Jose Mourinho li tkeċċa x-xahar li għadda wara sensiela ta’ riżultati negattivi, biex għall-aħħar partiti tal-kampjonat Tottenham kien immexxija minn Ryan Mason.

Fl-ewwel esperjenza tiegħu ma’ Tottenham, Pochettino wassal lit-tim sal-finali tal-UEFA Champions League fl-2019 kif ukoll sal-finali tal-Carabao Cup tal-2015.