Futbol Sport

Villareal huma r-rebbieħa tal-UEFA Europa League

(Ritratt: EPA)

MAN UTD ………….. 1 (10)
VILLAREAL ……….. 1 (11)

Villareal huma r-rebbieħa tal-UEFA Europa League għall-istaġun 2020/21 wara li għelbu lil Manchester United wara l-għoti tal-penalties. Għal Unai Emery, il-coach ta’ Villareal dan kienet ir-raba’ darba li rebaħ dan it-trofew fil-karriera tiegħu. Man Utd daħlu favoriti għal din il-partita iżda Villareal wrew forma mill-aqwa sabiex waslu sal-finali, bil-kowċ Unai Emery jkun l-aktar kowċ li rebaħ din il-kompetizzjoni fejn rebaħa erba’ darbiet. Minkejja l-bidu pożittiv ta’ Manchester United iż-żewġ timijiet kienu xi ftit kawti bil-logħob jinqasam f’nofs il-ground. Iżda Villareal irnexxielhom jmorru fil-vantaġġ fid-29 minuta minn freekick mix-xellug ta’ Daniel Parejo kien l-attakkant prolifiku GERARD MORENO li mattar saqajh u tefa’ wara David De Gea għal 1-0. Dan kien it-30 gowl għal Gerard dan l-istaġun ma’ Villareal fil-kompetizzjonijiet kollha.

Bl-ewwel taqsima tintemm bl-istess skor, fit-tieni taqsima Man Utd ħarġu jfittxu l-gowl bi pressjoni kontinwa fl-offensiva. Biex proprju fil-55 minuta Man Utd ġabu l-gowl tad-draw meta wara li d-difiża ta’ Villareal provat rbiegħed il-periklu, mix-xutt ta’ Marcus Rashford il-ballun waqa’ għand EDINSON CAVANI li mill-vi ċin tefa’ f’lasta vojta għal 1-1. Minkejja d-dominanza assoluta fil-pusses tal-ballun Man Utd ftit li xejn impenjaw il-lasti ta’ Villareal. Fi1-71 minuta Man Utd kienu xi ftit perikolużi meta l-cross shot ta’ Luke Shaw sab lil Edinson Cavani li ra d-daqqa ta’ ras tiegħu mtajjra mid-difensur Pau Gomez. Biż-żewġ timijiet jkunu xi ftit kawti il-partita marret għall-ħin barrani.
Matul id-90 minuta Ole Gunner Solskjaer ma wettaq l-ebda sostizzjoni mill-formazzjoni inizjali, kuntrarju għal Unai Emery li utilizza il-ħames sostituti.

Matul in-nofs siegħa ta’ ħin mogħti żejjed Villareal ħarġu xi ftit mill-qoxra difensiva tagħhom, bil-plejers ta’ Man Utd jkunu viżibilment għajjenin. Fil-ħin barrani l-ebda tim ma kien perikoliż biż-żewġ timijiet ma jirriskjawx u jibqgħu dixxiplinati, bil-partita tintemm fi draw ta’ 1-1. Biż-żewġ goealkeepers ftit li xejn ikunu mħabbtin waqt il-partita, huma spiċċaw il-protagonisti tal-partita fil-lotterija tal-penalties.

Fl-għotja tal-penalties għal Villareal skorjaw GERARD MORENO, DANIEL RAPA, PACO ALCACER, ALBERTO MORENO, DANIEL PAREJO, MOI GOMEZ, RAUL ALBIOL, FRANCIS COQUELIN, MARIO GASPAR, PAU TORRES, GERONIMO RULLI,

Għal Man Utd skorjaw JUAN MATA, ALEX TELLES, BRUNO FERNANDES, MARCUS RASHFORD, EDINSON CAVANI, FRED, DANIEL JAMES, LUKE SHAW, AXEL TUANZEBE, VICOTR LINDELOF b’DAVID DE GEA, jfalli l-aħħħar penalty għal Man Utd.