Il-coach tal-Ingilterra Gareth Southgate ħabbar li mhux se jilbes il-famuża sidrija li libes fit-Tazza tad-Dinja tal-2018 għall-partiti tal-Euro 2020.
Fil-perjodu tat-Tazza tad-Dinja, il-kumpanija li sponsorizzat is-sdiri lil Southgate rrappurtat żieda fil-qligħ ta’ 35%, b’dan il-fenomenu jkun imlaqqam ‘The Southgate effect’. Iżda waqt intervistà fuq stazzjon tar-radju Ingliż, Southgate żvela li mhux se jkun qed jilbes is-sidrija dan is-sajf għall-Euro 2020.
//= $special ?>