Fl-aħħar 24 siegħa kienu rreġistrati sitt każi ġodda ta’ Covid-19, filwaqt li ħamsa kienu meqjusin bħala li fiequ mill-virus. Dan ħareġ minn konferenza tal-aħbarijiet mis-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci.
Min-naħa l-oħra, fortunatament, reġa’ ma kien hemm l-ebda vittma oħra kawża tal-pandemija. B’hekk, l-ammont tal-vittmi jibqa’ 419, bil-każi attivi issa jammontaw għal 66.
//= $special ?>