Fl-aħħar sigħat numru ta’ dilettanti tan-nar ilmentaw b’mod voċiferu l-burokrazija żejda biex jaħarqu l-murtali, deskritta bħala mossa biex jurtaw lid-dilettant u jagħmlulu ħajtu iżjed diffiċli.
Dan hekk kif sabiex taħraq murtal issa l-proċedura titlob li l-ewwel tiġbor il-karta tal-permess mill-Kunsill Lokali jew l-Għassa tal-Pulizija sabiex sussegwentament timla l-imsemmi permess u tieħdu għand l-għaqda piroteknika sabiex jittimbrawh.
Dan filwaqt li l-persuni konċernata għandha tibgħat kopja scanned tal-permess lill-kumpanija tal-assigurazzjoni sabiex tinħareġ polza u tikteb dikjarazzjoni li se jkollok fire extinguisher.
Dan mhux biss, wara dan kollu trid tmur fejn se taħraq il-murtal sabiex jiffirmalek is-sid, tmur għand perit sabie itik site plan iffirmata.
Il-pass li jmiss hu li timla formula onlajn biex tibbukja fire-engine kif ukoll trid tibgħat e-mail lill-Pulizija tas-Sezzjoni tal-Attivitajiet għall-iskorta.
Dan filwaqt li meta tirċievi l-invoice trid tibgħata lill-Għaqda konċernata sabiex toħroġlok voucher u tmur tiġborhom mill-Għaqda każini tal-Baned fil-Ħamrun. Finalment tmur tħallas il-permess l-għassa tal-Pulizija u tmur dirett bil-voucher id-Depot tal-Pulizija fil-Furjana.
Bosta saħqu li l-inċentivar għall-arti u l-kultura huma biss teatrini biex naljenaw lill-poplu u minflok qed issir ħafna ħsara sabiex jaqtgħu qalb l-artist Malti.
Oħrajn sostnew li l-voluntiera spiċċaw jagħmlu xogħol full-time b’xejn kawża tal-burokrazija żejda li ġiet introdotta.
//= $special ?>