Wara sena u nofs kalvarju għat-turiżmu f’pajjiżna, u xhur shah li tefgħu għarkupptejhom l-oqsma kollha li jmissu ma’ dan is-settur, il-Ministru responsabbli mill-istess qasam m’għandux miri għat-turiżmu għal din is-sena.
Net News staqsa lil Clayton Bartolo x’inhu t-tbassir f’termini ta’ turisti għall-2021. Iżda għal xi raġuni, il-Ministru li taħtu jaqa’ dan id-dekasteru tant kruċjali għal pajjiżna, lanqas biss ħejja miri għal pajjiżna. Settur illi jfisser l-ghixien ghal eluf ta’ haddiema u negozji.
Il-Ministru Bartolo kien qed iwieġeb mistoqsijiet waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Mellieha biswit għadd ta’ lukandi li sa issa għadhom ftit li xejn qed jospitaw turisti, u meta jumejn oħra pajjiżna se jkun qed jiftaħ il-bibien għat-turiżmu. Iżda sal-lum, il-Ministru jibqa’ bla miri u bla pjan.
//= $special ?>