“Il-Partit Nazzjonalista ser jrodd lura l-flus li ġew misruqa mingħand il-poplu” saħaq dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt li kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet tan-nies fuq Facebook … waqt l-inizjattiva “Nitkellmu Flimkien”.
Bernard Grech stqarr li l-Partit Nazzjonalista ser ipoġġi lura fil-bwiet tan-nies il-flus li l-Gvern Laburista kemm immexxi minn Joseph Muscat u ta’ Robert Abela seraq mingħand in-nies…
Bernard Grech saħaq li l –Partit Nazzjonalista irid jaħdem sabiex il-pajjiz ikollu sors ta’ enerġija alternattiva b’saħħitha u għalekk irridu nagħtu kas in-nies li iridu jinvestu flushom sabiex ikollna enerġija alternattiva…
Dwar il-familji li ghandhom tfal b’diżabilita, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista saħaq li dawn in-nies illum il-ġurnatta minħabba il-kwalita tal-ħajja ta’ pajjiżna u minkejja il-ħafna wehdi li saru mill-Partit Laburista.. ma jistgħux ma jaħdmux u jkollhom joħorgu bilfors għax-xoghol sabiex jkunu jistgħu jgħixu ħajja diċenti.
IL-PN irid iżid is-servizzi ta’ respite u servizzi bħalma jagħtu entitajiet għal persuni b’dizabilta sabiex lit-tfal u ż-żgħażagħ jgħinuhom biex itejbu l-abbiltajiet tagħhom
Bernard Grech tkellem ukoll dwar id-dewmien tal-kawżi fil-Qorti fejn stqarr li rridu nagħmlu minn kollox biex il-kawżi fil-Qorti ma jdumux għal diversi snin sakemm jinqatgħu.
Dwar il-motorsport, Bernard Grech stqarr li kull sport għandu valur għall-partit nazzjonalista u dan għaliex jagħti lil bniedem kwalita ta’ ħajja aħjar.
Bernard Grech kien mistoqsi wkoll dwar l-ispazji miftuħa għall-familji l-maltin u l-ghawdxin.. huwa saħaq li l-Partit Nazzjonalista ser ikun qed jindirizza din il-kwistjoni u jinvesti fpostijiet ġodda fejn il-familji jkunu jistgħu iqattgħu aktar ħin flimkien.
Fl-aħħar tal-intervista, Bernard Grech tkellem ukoll dwar l-importanza li jkollna ġid komuni.
//= $special ?>